Natureline

October 29, 2009

Hummus

Filed under: Christmas Cooking,Dips & Antipasto,Easter Cooking,Malti,Recipes — natureline @ 1:08 pm

hummus2Din hija ricetta popolari hafna f’bosta pajjizi tal-mediterran mill-Marokk, sal-Grecja u t-Turkija. It-Tahini huwa gungliel mghaffeg u pprezervat fiz-zejt. Tista tuza Peanut Butter minn flok Tahini.

Ingredjenti:

Lamb Brand Nature’s Legumes Cicri, 200g

Tahini, Mgharfa

Tewm, 2 sinniet

zejt taz-zebbuga, 4 imgharef

meraq tal-lumi, 2 imgharef

Melh u Bzar kemm tiggosta

Kwart ta’ kikkra ilma tas-sajran tac-cicri

Metodu:

Xarrab ic-cicri ghal hames sieghat jew matul il-lejl. Lahlah mill-ilma. Poggi go borma zghira, ghatti sewwa ic-cicri bl-ilma, ghatti l-borma bl-ghatu u sajjar ghal madwar 30 minuta. Saffi, warrab il-kwart ta’ kikkra ilma minn tas-sajran tac-cicri u hallihom jikshu.

F’food processor itfa t-tewm u idhnu. Zid ic-cicri, it-tahini, il-melh u l-bzar u l-meraq tal-lumi. Haddem il-food processor. Zid iz-zejt bil-mod u wara zid l-ilma tac-cicri sa kemm ikollok konsistenza kremuza imma soda. Zid jew naqqas mill-ilma kemm hemm bzonn.

Uza ma galletti jew varjeta’ ta’ haxix skond il-gosti tieghek.

Dipp tal-Ghads Pikkanti

Filed under: Christmas Cooking,Dips & Antipasto,Easter Cooking,Malti,Recipes — natureline @ 1:05 pm

red_lentil_dipDin hija ricetta vera facli, apetituza u nutrijenti. Servi bhala dipp mal-galletti jew haxix frisk imqatta’ stikek bhal karrotti, karfus u hjar. Tista’ wkoll isservi bhala “sandwich spread”.

Ingredjenti:

Lamb Brand Nature’s Legumes Red Lentils, 200g

Ilma 600ml

Trab tal-curry, kuccarina

Bzar cayenne, nofs kuccarina

Zejt vegetali, 15 ml

Sinniet tewm, 2 mghaffga

Zerriegha tal-kemmun, nofs kuccarina

Metodu:

F’kazzola mdaqqsa, hallat flimkien il-basla, l-ilma u l-ghads. Ghatti u fettah jaghli. Baxxi n-nar u kompli sajjar ghal 25 minuta jew sakemm l-ghads jirtab. Ghaddi it-tahlita tal-ghads minn blender.

F’tagen zghir, sajjar ftit it-trab tal-curry u z-zerriegha tal-kemmun sakemm jerhu r-rieha. Zid il-bzar cayenne, iz-zejt u t-tewm u sajjar ghall-minuta.

Ferra t-tahlita tal-hwawar mal-ghads u servi.

Theme: Rubric. Blog at WordPress.com.

Follow

Get every new post delivered to your Inbox.

Join 44 other followers