Natureline

April 23, 2009

Kejk tat-Tuffieħ u l-Banana

Filed under: Recipes,Sweets — natureline @ 8:25 am

INGREDJENTI:banana-apple-loaf

2 tuffiħiet, bin-nofs imneħħi, imqaxxra u mqatta’

2 bananiet isslajsjati

3 kikkri dqiq, Lamb Brand self-raising mgħarbul

Pakkett ta’ 200g Lamb Brand mixed fruit

3 imgħaref vermut, jew sherry, jew meraq tal-larinġ

2 bajdiet sħaħ jew 3 abjad tal-bajd imħabbta

100g ġewż imqatta’

Nofs kikkra (125ml) żejt veġetali tal-qamħirrun

Niskata kannella

Essenza tal-vanilla

METODU:

Xarrab il-frott imħallat fil-vermut u ħalli lejl jew tal-inqas għal siegħa f’bieqja kbira.

Idlek il-qiegħ u l-ġnub ta’ landa tal-kejkijet ta’ 20ċm jew loaf tin.

Saħħan il-forn minn qabel għal 350ºF / 180ºC – Gas Mark 4.

Żid it-tuffieħ, l-banana, il-ġewż imqatta’, l-essenza tal-vanilla u l-kannella mal-frott imxarrab u ħawwad sewwa.

Żid iż-żejt u l-bajd imħabbat. Ħawwad.

Daħħal id-dqiq b’imgħarfa tal-metall sakemm kollox jitħallat sewwa.

Ferra’ fil-landa u llixxa l-wiċċ.

Jekk trid tista tqiegħed xi ftit lewż mqaxxar fuq il-wiċċ.

Sajjar għal bejn 30 u 40 minuta jew sakemm isir dehbi. Ara li meta ddaħħal skewer fin-nofs, joħroġ nadif.

Ħallih jiksaħ fil-landa.

Poġġi fuq wire rack sakemm jiksaħ kompletament.

9 Comments »

  1. hi i really like that apple and banana cake recipe,could you please tell me the ammount of flour in grams,because i dont have cup measurements.thank you

    Comment by silvana — October 3, 2010 @ 6:09 pm

  2. Hi Silvana,

    thanks a lot for your nice comments. 1 cup of flour is equivalent to 128 g, thus for this recipe you need 384g of flour.

    regards and enjoy cooking

    Comment by Silvio Galea — October 4, 2010 @ 7:29 am

  3. hi tks for your interest for my question,i did the cake and its really good.very interesting website tks again.

    Comment by silvana attard — October 9, 2010 @ 5:43 pm

  4. Proset tar-ricetti taghkom. Jidhru tajbin. Sibt il-wedsite taghkom minn fuq pakkett tal-isponge mix li ghadni kemm xtrajt u malajr dhalt.
    Ghadni kemm ktibt din ir-ricetta u ser nippruvaha. Tidher tajba. Propja kont qed infittex ricetta ta’ sponge hafif u kont ser nipprova ir-ricetta tal-Sponge Mix tal-Lamb taghkom li hemm fuq il-borza. Ideja tajba li taghmlu ricetti fuq il-boroz.

    Grazzi

    Yvonne

    Comment by Yvonne Spiteri Ghio — October 14, 2010 @ 1:17 pm

  5. Hi Yvonne,
    Grazzi hafna tal kummenti sbieħ tieghek.

    Iva din ir ricetta hija tajba hafna u ta minn jipruva :) Ir ricetta ta’ fuq il-pakkett ta’ Lamb Brand Sponge Mix hija faccli hafna u jekk timxi sew mal-istruzzjonijiet gahndu jkollok rizultat eccellenti :) pero dik ricetta biss li tista taghmilha bi Lamb Brand Sponge Mix tipruvax taghmilha bi dqiq iehor!

    grazzi

    Comment by natureline — October 14, 2010 @ 1:25 pm

  6. Seems to be a good recipe … especially for individuals being more health conscious…i have some problems with the terminology “niskata kannella” can you explain what such ingredient is or maybe provide another substitute?

    Comment by David Vella — February 2, 2011 @ 9:41 am

  7. David niskta Kanella, hi ftit cinnimon…bil malta jghidulu kanella. Niskta ftit bhal meta tferrex ftit melh per ezempju. Nispera li kont ta ghajnuna.

    Comment by pauline attard — February 4, 2011 @ 11:16 am

  8. Hi David, I was just going to answer to your question, thanks a lot Pauline, you are right niskata is the maltese version of pinch, so in this recipe you should use a pinch of cinnamon

    thanks and enjoy cooking and eating, this cake is infact delicious

    Comment by Silvio Galea — February 4, 2011 @ 12:10 pm

  9. Hi What is qamħirrun please? Also, it it possible to leave out the vermouth, as my young son wouldn’t like it?

    Comment by Rowena — March 23, 2012 @ 11:47 am


RSS feed for comments on this post. TrackBack URI

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Theme: Rubric. Blog at WordPress.com.

Follow

Get every new post delivered to your Inbox.

Join 44 other followers